Moskej tal-Pilastri tal-Injam tal-Anatolja Medjevali

Il-Moskea l-Kbira ta' Afyon minn ġewwa bil-pilastri tal-injam.

Il-Moskej tal-Pilastri tal-Injam tal-Anatolja Medjevali (bit-Tork: Anadolu'nun Orta Çağ Dönemi Ahşap Hipostil Camileri) huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jikkonsisti minn ħames moskej tas-Seljuk fl-Anatolja li jmorru lura għall-aħħar tas-seklu 13 u għal nofs is-seklu 14.

Il-Moskea l-Kbira ta' Afyon, il-Moskea ta' Aslanhane, il-Moskea ta' Eşrefoğlu, il-Moskea ta' Mahmut Bey, u l-Moskea l-Kbira ta' Sivrihisar ġew inklużi bħala sit indikattiv fl-2018 bit-tama li iktar 'il quddiem jitniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. fL-2023, is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

  1. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Hypostyle Mosques of Medieval Anatolia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-16.

© MMXXIII Rich X Search. We shall prevail. All rights reserved. Rich X Search